Julia Curmi's Recipes

Penne con Prosciutto Crudo al Tartufo

Sempliċi u mimli togħma.

Preparar 5 minuti
⏲️ Tisjir 30 minuti
B'kollox 35 minuti
🍽️ Isservi 2

Ingredjenti

Preparazjonijiet

Qabel ma tibda ssajjar tista' tagħmel dawn il-preparamenti, jekk inti magħfusa jew magħfus fil-ħin jew sempliċiment tippreferi tipreprara waqt li ssajjar, tista' ssegwi direttament mas-sezzjoni tad-direzzjonijiet.

Direzzjonijiet

  1. F'borma itfa' ftit żejt taż-żebbuġa, kif jisħon aqli l-basla fil-bżar u l-melħ.
  2. Żid kuċċarina mustarda, zokkor u nbid abjad u ħallihom jikkaramelizzaw bil-mod fuq fjamma baxxa.
  3. Issa tista' titfa' t-tewm u klin jinqlew mal-basla.
  4. Kif ikun beda jiskura ftit, neħħi t-taħlita mit-taġen.
  5. Itfa l-faqqiegħ ġo ftit butir u itfa' kuċċarina Worchestershire sauce u tarragon.
  6. Żid il-prosciutto crudo fit-taġen u aqli ftit waqt li tħawwad it-taħlita.
  7. Issa tista' titfa' lura t-taħlita tal-basal u żżid ftit aktar mustarda u nbid abjad waqt li ssajjar fuq fjama għolja.
  8. Żid 3 imgħaref krema friska u sugu ta' kwart tal-lumija. Baxxi l-fjamma tan-nar.
  9. Itfa' t-tartufo mnixxef flimkien mal-ġobon Parmeggiano u itfa' l-għaġin imsajjar bi ftit ilma tal-għaġin.
  10. Ħawwad l-għaġin għal-ftit fuq fjama baxxa sakemm jinxtorob l-ilma.

Noti

Servi bi ftit żejt taż-żebbuġa.