Julia Curmi's Recipes

Ravjul biz-Zalza tal-Ġewż

Din ir-riċetta hija daqsxejn differenti miz-zalza ħamra tat-tadam lis-soltu naraw servuta mar-ravjul tradizzjonali Malti tal-ġbejniet. Minkejja li ddum ftit iktar biex tagħmilha, diz-zalza żgur se tkun tiswa l-ħin li qattajt issajjarha.

Jekk tixtieq li taħdem ir-ravjul bil-ġbejniet mill-bidu, tista' ssegwi dir-riċetta t'hawnhekk.

Preparar 10 minuti
⏲️ Tisjir 35 minuti
B'kollox Tlett kwarti
🍽️ Isservi 4–6

Ingredjenti

Preparazjonijiet

Qabel ma tibda ssajjar tista' tagħmel dawn il-preparamenti, jekk inti magħfusa jew magħfus fil-ħin jew sempliċiment tippreferi tipreprara waqt li ssajjar, tista' ssegwi direttament mas-sezzjoni tad-direzzjonijiet.

Nota Zgħira: Meta ma xxarrabx il-faqqiegħ bl-ilma tkun qed tgħinu jikkaramelizza u jtih lewn kannella waqt li taqlih. Li kieku taħslu eżatt qabel, hemm ċans kbir li l-ilma ta' ġol-faqqiegħ joħroġ mas-sħana tat-taġen, u jitgħallew minflok jinqlew.

Direzzjonijiet

  1. F'taġen itfa' ftit żejt taż-żebbuġa u bżar, kif jisħon aqli l-basal u t-tadam imadded f'daqqa flimkien ma' nofs kuċċarina zokkor.
  2. Kif ikun beda jiskura ftit imma jkun għadu iebes, itfa' l-bejken, it-taħlita tat-tewm u qoxra tal-lumi.
  3. Hawnekk tista' żżid ukoll il-ġewż, ftit klin frisk u tbaxxi l-fjamma tan-nar kif jinqlew ftit ieħor.
  4. Dan il-process għandu jieħdok bejn wieħed u ieħor ħmistax-il minuta biex il-basal ma jinħatafx imma jikkaramelizza ftit ftit.

Nota Żgħira: Jekk f'dan il-proċess, tara li l-meraq mill-ingredjenti qed jeħel mat-taġen u se jibda' jinħaraq, itfa' ftit inbid abjaq biex jgħin ftit fil-proċess.

  1. Neħħi t-taħlita msajra mit-taġen u itfa' nofs kuċċarina butir u kuċċarina żejt.
  2. Kif jisħnu, itfa' l-faqqiegħ u ifirxu sew mat-taġen u żid ftit melħ u kuċċarina sagħatar u klin.
  3. Meta l-faqqiegħ ikun sar sew, tista' titfa' l-ispinaċi u t-taħlita oriġinali lura waqt li tħawwadhom flimkien.
  4. Issa tista' żżid nofs tazza nbid abjad u l-kubu tat-tiġieġ imdewweb f'nofs tazza ilma jagħli.
  5. Kif jiba' jbaqbaq ftit, tista' tbaxxi t-temperatura u titfa' l-krema tat-tisjir flimkien ma' ftit bżar u melħ.
  6. Ħalli z-zalza fuq temperatura baxxa, u żid ftit żejt taż-żebbuġa.
  7. Servi fuq ravjul mgħolli u itfa' l-kumplament tal-ġewż frisk fuq iz-zalza waqt li sservi.