Julia Curmi's Recipes
Stuffat tal-Laħam
Din ir-riċetta tradizjonali hija waħda li tinstab f'ħafna djar Maltin, għall-inqas, fl-antiki. Is-stuffat huwa plat sħun tal-ħaxix imsajjar f'brodu tat-tadam u laħam.
Jekk għandek tfal żgħar li għadhom ma bdewx jomogħdu l-laħam sew tista' wkoll tuża zalzett tad-Dewfresh minflok biċċiet tal-laħam.
|
|
|
|
⏳ |
Preparar |
|
10 minuti |
⏲️ |
Tisjir |
|
50 minuti |
⌛ |
B'kollox |
|
Siegħa |
|
|
|
|
🍽️ |
Isservi |
|
4–6 |
Ingredjenti
- Biċċiet tal-laham
- Basla bajda
- Beef Stockpot
- 3 Karrotti
- 3 Patatiet
- 3 Weraq tar-Rand
- Dqiq
- Kunserva
- Sugu tat-tadam
- Zokkor, Bżar u Melħ
- Inbid Aħmar
- Worchestershire sauce
- Żejt taż-Żebbuga
- Mustarda
Preparazjonijiet
Qabel ma tibda ssajjar tista' tagħmel dawn il-preparamenti, jekk inti magħfusa jew magħfus fil-ħin jew sempliċiment tippreferi tipreprara waqt li ssajjar, tista' ssegwi direttament mas-sezzjoni tad-direzzjonijiet.
- Qaxxar u qatta l-basla, il-karrotti u l-Patata f'kubi żgħar.
- Ħokk jew aqta' fin kemm tista' t-tewma.
- Qatta l-laħam f'kubi ta' 2–3 ċentimetri.
Direzzjonijiet
- F'borma itfa' ftit żejt taż-żebbuġa u bżar, kif jisħon aqli l-basal, karrotti u patata flimkien.
- Kif ikun beda jiskura ftit itfa' mgħarfa dqiq, mgħarfa żejt, kuċċarina mustarda u ħawwad malajr.
- Itfa' tazza nbid aħmar mat-taħlita u żid il-beef stockpot waqt li tkompli tħawwad it-taħlita.
- Issa tista' titfa' l-kunserva u s-sugu tat-tadam ma' 3 weraq tar-rand.
- Żid mgħarfa Worchestershire sauce u kuċċarina zokkor.
- Itfa' bżar u melħ skont kemm hemm bżonn, u ħalli l-borma ttektek għal 30 minuta jew itar.
Noti
Servi ma' ħobza tal-Malti sħuna.
Tista ixxarab il-hoba tal Malti ftit qabel mad dahhala fil forn biex tishon halli ma tixxutalekx