Julia Curmi's Recipes
Torta tal-Maħbub
Din it-torta hija waħda magħmula bl-imħhabba li ma ttemm qatt lejn ir-raġel tiegħi. Kienet l-ewwel ikla li qatt sajjartlu.
|
|
|
|
⏳ |
Preparar |
|
5 minuti |
⏲️ |
Tisjir |
|
Siegħa |
⌛ |
B'kollox |
|
Siegħa u 5 minuti |
|
|
|
|
🍽️ |
Isservi |
|
2 |
Ingredjenti
- Nofs basla bajda
- 2 sinniet tat-tewm
- Porzjon panċetta
- Patata waħda
- Għaġina sfiljurata
- Klin frisk
- Dqiq
- Ħalib
- Parmeggiano ta' 30 xahar
- Mustarda
- Zokkor
- Nbid abjad
- Bżar u melħ
- Butir tal-Benna
Preparazjonijiet
Qabel ma tibda ssajjar tista' tagħmel dawn il-preparamenti, jekk inti magħfusa jew magħfus fil-ħin jew sempliċiment tippreferi tipreprara waqt li ssajjar, tista' ssegwi direttament mas-sezzjoni tad-direzzjonijiet.
- Qaxxar u qatta' l-basla fit-tul.
- Ħokk jew aqta' fin kemm tista' t-tewm u klin frisk.
- Qatta' l-panċetta f'biċċiet żgħar.
- Ħokk il-Parmeggiano.
- Qatta' l-patata roti roti rqaq.
Direzzjonijiet
- F'borma itfa ftit żejt taż-żebbuġa u bżar, kif jisħon aqli l-basla fil-bżar u l-melħ (issa tista titfa' kuċċarina butir biex tgħinu jikaramelizza).
- Żid kuċċarina zokkor u nbid abjad u ħallihom jikkaramelizzaw bil-mod fuq fjamma baxxa.
- Kif ikun beda jiskura ftit neħħi l-basal mit-taġen.
- Itfa' l-panċetta ġo ftit butir u issa tista' żżid it-tewm u klin biex jinqlew.
- Kif tibda tara kulur sabiħ fuq il-panċetta tista' tneħħih min fuq it-taġen ħalli nibdew iz-zalza tal-besciamella.
- Żid mgħarfa butir mdaqqsa fit-taġen fuq fjama baxxa u kif tibda ddub żżid mgħarfa dqiq, kuċċarina mustarda, u tewma inkaljata.
- Ħawwad malajr u itfa' ħalib sħun ftit ftit, sakemm tibda tifforma zalza. Issa tista' iżżid ftit bżar u melħ.
- Issa tista' tagħżel dixx tond ta' bejn wieħed u ieħor 15-il ċentimetru u ifrex l-għaġina fuqu waqt li żżomm il-karta tal-forn mwaħħla man-naħa tal-qiegħ.
- Ifrex il-besciamella fuq l-għaġina u itfa' l-basal u l-panċetta fuqha.
- Issa żid il-patata fuqhom tibda min-nofs waqt li timxi ftit ftit sat-tarf tal-għaġina.
- Issa waqqa' l-ġnub tal-għaġina żejda fuq il-patata u idlek bi ftit żejt taż-żebbuġa, bżar u klin frisk.
- Sajjar fil-forn għal-tletin minuta fuq temperatura ta 200°C.
Nota zgħira: Taħsilx it-taġen bejn it-tisjira tal-panċetta u l-besciamella ħalli tagħti togħma tajba liz-zalza.
Noti
Ħalli it-torta toqgħod għal ftit minuti qabel ma sservi fi kwarti. Din it-torta tmur tajjeb ħafna bħala t-tieni platt wara soppa tal-karrotti u qargħa ħamra.